Kif kienu jaqtgħu xagħarhom l-irġiel qabel bdiet il-moda tal-fade?

Kemm ninsew kos! Stili jinbidlu kull żmien. Min ma jiftakarx ix-xagħar bob?
U kollox ġej għan-nofs u mtella’ ‘l fuq?
U tal-frenża laġenba kulħadd iġebbed fiha?
Qarabasila.
Bil-ferq fin-nofs.
Bil-ferq fil-ġenb.
Spiky.
Jiġi li meta jgħaddi ż-żmien, inħarsu lura u nidħku bina nfusna meta naraw xi ritratt kif inkunu qtajna xagħarna fil-passat. Imma mur għidilna li konna taċ-ċajt dak iż-żmien għax nirrispondu lil dak li jkun li ma jifhimx. Imma hekk sejra l-ħajja. Tibdil.
Iż-żmien ibiddel u anke l-moda tvarja. Kultant ikun hemm mumenti fejn nirritornaw għall-moda ta’ qabel. Tgħid għad jerġgħu jiġu moda dawn?