Kont taf dawn l-10 fatti marbuta mal-President ta’ Malta?

 Kont taf dawn l-10 fatti marbuta mal-President ta’ Malta?

Int tista’ tkun president?

Hekk kif qed noqorbu lejn tmiem il-Presidenza attwali u lkoll qed nistennew biex naraw l-ismijiet veri kandidati għal min se jkun il-11-il President ta’ Malta, ħsibna li ntukom dawn id-dettalji li forsi ma nagħtux kashom jew li mhux kulħadd ikun jaf.

  • Il-President huwa l-persuna li jiddikjara u jagħmel l-liġijiet pubbliċi. Mhux li jagħmilhom hu imma, għax din spiss tkun imħawda.
  • President jista’ jagħti maħfra lill-kriminali jew inaqqas is-sentenza. Dan dejjem isir fuq parir tal-Kabinett jew mill-Ministru responsabbli f’dan il-qasam, jiġifieri tal-Ġustizzja.
  • L-ebda titlu ta’ nobbiltà, dekorazzjoni jew unur ieħor ma jista’ jintuża f’Malta jekk mhux awtorizzata mill-President. Ovvjament hawn ħafna nies li għandhom titli f’pajjiżna imma qed ngħidu hekk, meta dawn jiġu biex jintużaw għal skop ta’ superjorità jew benefiċċji ulterjuri.
  • Il-President għandu żewġ residenzi; f’San Anton u fil-Palazz tal-Verdala imma jista’ jagħżel li jgħix fir-residenza personali tiegħu kif kien għamel Eddie Fenech Adami u kien juża l-palazzi msemmija għall-okkażżjonijiet statli u oħrajn.
  • President jista’ jitwaqqaf jekk ma jkunx qed jaqdi l-funzjonijiet tiegħu kif suppost.
  • Jekk ma tkunx ċittadin Malti imma taf il-lingwa sew, xorta waħda ma tistax issir President ta’ Malta.
  • Jekk kont xi darba Prim Imħallef, ma tistax issir President.
  • President għandu dritt ma jaqbilx ma’ azzjoni mill-Gvern. Jekk dan ma jiffirmax liġi u ma jkunx irid jagħmilha pubblika, tinħoloq problema. Però din tkun solvuta billi l-President isiefer u din il-kwistjoni taqa’ f’ħoġor min ikun aġent president.
  • Il-President jista’ jirreżenja bi protesta.
  • Il-President f’Malta huwa l-kap tal-istat imma l-poteri ta’ governanzna huma f’idejn il-Prim Ministru. Minkejja li spiss ngħidu li f’pajjiżna, President huwa biss figura, għandu poteri kif semmejna hawn fuq li jtuh responsabbiltà. Huwa jew hija persuna li trid tkun kapaċi titkellem sew b’informazzjoni tajba mmens anke fil-fora internazzjonali.

Sal-lum għadu qatt ma kellna president li ma kienx involut direttament mal-politika. Din kienet issemmiet ftit tas-snin ilu fejn intweriet ix-xewqa, li President ma jkun ġej mill-ebda kamp politiku. Min jaf?!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com