Kontu tafu li fit-Teatru Manoel kienu juru l-films?

 Kontu tafu li fit-Teatru Manoel kienu juru l-films?

Iva, fit-Teatru Manoel kienu juru l-films. Fl-1937, it-Teatru Manoel talab permess li juri l-film qasir Your Enemy the Cat maħdum mill-Ministeru tal-Biedja Ingliż.

It-talba saret għax dik il-ħabta kienet kibret ferm il-popolazzjoni tal-ġrieden f’Malta.

Kos hux, minn dejjem kienet prassi li min imexxi jipprova jgħallem lill-pubbliku dwar x’jista’ jsir biex titranġa sitwazzjoni. Dan għadu jsir sal-lum fejn nafu li l-arma kontra l-injoranza hija l-edukazzjoni.

Imma forsi li kienu jintwerew il-films fit-Teatru Manoel, mhux kulħadd kien jaf!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com