Kunjomijiet doppji – għaliex? Qżież jew storja?
L-iżjed kunjomijiet komuni f’pajjiżna huma:
Borg, Camilleri, Vella, Farrugia, Zammit, Galea, Micallef, Grech, Attard, Spiteri and Azzopardi.
Il-kunjomijiet doppji kienet xi ħaġa tas-sinjuri jew nobbli imma maż-żmien, il-pubbliku seta’ jagħżel li jżid il-kunjomijiet. Ovvjament mhux bl-addoċċ. Irid ikun hemm raġunijiet; l-iżjed waħda popolari hija meta persuna tiżżewweġ u tagħżel li żżomm kunjomha u kunjom il-persuna li tkun iżżewġet ukoll.
Sal-2013, f’Malta kien hawn madwar 19,104 kunjom. Bl-influss tal-barranin bla dubju dawn żdiedu u l-konjumijiet tibddlu ħafna għaliex bosta Maltin qed jiżżewġu wkoll barranin.
L-iżjed nies b’kunjom doppju (double-barrel) jinsabu fl-Imdina, fis-Swieqi, Ħal Balzan u f’Tas-Sliema.
Madanakollu, hawn anke kunjomijiet bi tlieta.