L-irwejjaħ ġod-djar u l-pjanti

 L-irwejjaħ ġod-djar u l-pjanti

Ġieli tkun qegħdin id-dar u xxommu ħafna rwejjaħ mhux tas-soltu u jintnu u l-problema hi li ma tkunx taf minn fejn huma ġejjin? Aħna sibna s-soluzzjoni għalikom fejn ha nsemmulkom 6 pjanti ta’ ġewwa fejn jagħtu dehra sabiħa u kif ukoll jagħmlu riħa tfuħ fid-dar.

  • Nibdew bil Gardenia, pjanta verament sabiħa u trid hafna umdità biex tghix, klima sħuna bħal Malta tagħmihla pjanta ideali biex tgħix. Bħala pjanta wkoll insibuha infuża fi fwejjaħ u fwejjaħ tad-djar.
  • L-Ewkaliptu hija komplement naturali għall-irwejjaħ hekk kif tipprovdi riħa tfuħ is-sena kollha mill-weraq aktar milli fjuri sporadiċi tagħha.
  • Minta, ilha tintuża fil-mediċina tal-ħxejjex minn żminijiet antiki minħabba l-benefiċċji għas-saħħa li fiha. Il-minta hija wkoll meqjusa bħala waħda mill-ħwawar l-aktar popolari fil-kċina.
  • Il-Klin hija pjanta oħra tal-ħaxix ukoll meqjusa popolari fil-kċina għal mal-ikel. bħala pjanta tikber fi klima sħuna u hekk tagħmilha perfetta biex tikber b’ saħħitha matul is-sena kollha. Għandha riħa distinta u pikkanti u għalhekk tista’ tintuża wkoll għall-fwieħa.
  • Lemon Balm isimha magħha hija ħaxixa tal-lumi fejn ir-riħa tagħha hija pjuttost qawwija u li tinxtamm sew. Popolari biex tneħħilek l-insetti u d-dubbien mid-dar hekk kif tagħmel ir-riħa taċ-ċitronella.
  • Ħabaq hija pjanta ohra tal-ħaxix, narawha tintuża ħafna fil-platti kulinari ukoll f’xi soppa, zlazi, pizez jew salads. Bħala pjanta tagħmel riħa tfuħ u għalhekk meta tibda tifjorixxi hemm bżonn li tintuża għax inkella tinxef.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com