Li ma tattendix għal stedina diżrispett?

 Li ma tattendix għal stedina diżrispett?

Ikollna mumenti spissi li tkun trid tattendi għal xi avveniment, ikla, festin, tieġ, ċelebrazzjoni, attività għaliex ikunu stednuk u ma jkollokx aptit. Tiġrilkom le?

Il-moħħ dak il-ħin jiġi f’dilemma x’għandu jagħmel jew le; jidher ikrah jekk ma jmurx? jieħdu għalihom? Naqa’ għaċ-ċajt?

Persuna trid tqis kollox. Skont xi tkun is-sitwazzjoni. jekk ngħidu eżempju stednuk għal tieġ intimu ta’ 35 ruħ u ma tmurx, ma tkunx ġusta anqas fuq il-koppja għax flokok setgħu stiednu lil xi ħadd ieħor.

Imma tieġ kbir u forsi ma tħossx li tixtieq toħroġ illum għal xi raġuni jew oħra, forsi mhux daqshekk kerha jew ta’ disrispett anke jekk inti qed tagħti importanza iżjed lill-emozzjonijiet tiegħek u kif qed tħossok dak il-ħin flok tmur bilfors u tgħakkes lill-moħħok.

Dejjem jibqa’ l-fatt li fil-ħajja għandna nagħmlu dak li nħossu. Kultant tiġi f’sitwazzjoni fejn issaqsi lilek innifsek; veru jien liberu/ libera? Għaliex b’ċerti sitwazzjonijiet tħossok maqbud jkollok tagħmel li ma tridx.

Iżda dejjem huwa importanti li qabel kollox, il-prijorità tkun int. Mhux b’egoiżmu imma bi ħsieb ġenwin. Jekk m’intx tħossok tajjeb (għal bosta raġunijiet diversi) u ma tixtieqx tmur xi mkien, tmurx. Fl-aħħar mill-aħħar, jgħodd huwa li fil-fond ta’ qalbek, ir-rispett qed hemm.

Huwa mifhum li veru jkun hemm sitwazzjonijiet min jieħu għalih li ma tattendix wara li jkun stiednek … imma mhux kull bniedem jaħsibha l-istess. Ara int x’tixtieq!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com