Malli jdoqqu l-16.00 kontu tistennewh ir-riklam tal-bilboa?

Ġenn, ġirja għal quddiem it-televixin u jekk jista’ jkun bil-kamra tissakkar ħalli l-omm ma tindunax xi nkun qed nara.
Malli ddoqq is-sigla, tregħida ma’ ġisimna bħal donnu qed naraw xi ħaġa ta’ barra minn hawn … imma dak iż-żmien il-porn kien għadu mhux daqshekk in voga.
Mhux talli hekk, talli ħafna minna konna anke nistennew sa tard billejl biex naraw l-Antenna Sicilia għaliex fih kien ikun hemm soft porn b’persuna tirċievi t-telefonati live fuq it-televixin.
L-ironija kien li r-riklam tal-Bilboa, apparti li abbli kien jidher f’ħinijiet oħra, kien jibda eżatt qabel jibdew il-cartoni animati … skuża tajba “Ma ħa nara l-Mickey Mouse” (għax hekk ħafna minna konna nsejulhom flok cartoons)
Kos kif itir iż-żmien!