Min huma l-10 l-iżjed nies sinjuri fid-dinja?
Ħussss …. ara x’għandna ħi!
- Fl-ewwel post insibu lil Elon Musk li huwa CEO ta’ kumpaniji kbar u prominenti fosthom EV li timmanifattura t-Tesla fejn hu jokkupa 23% mill-kumpanija. Kienet hi li sparatu ‘l fuq. Huwa wkoll midħla ta’ kumpanija spazjali bl-isem ta’ SpaceX u fl-2022, xtara twitter għal $44 biljun.
- Larry Ellison jikklassifika fit-tieni post u huwa ħoloq u sar il-ko-fundatur tal-organizzazzjoni Oracle fl-1977 fejn żamm il-pożizzjoni ta’ CEO sal-2014. Bħalissa jaħdem bħala ċ-ċermen u l-uffiċjal teknoloġiku prinċipali. Fl-2012, Ellison irċieva l-gżira Lanai fil-Hawaii għas-somma ta’ $300 miljun. Serva wkoll fil-bord tad-diretturi ta’ Tesla.
- Bernard Arnault huwa s-CEO u ċermen tal-Moët Hennessy Louis Vuitton (LVMH). Jaħdem fis-settur lussuż tal-intrapriża u nvolut f’madwar 70 ditta popolari u ditti oħra kożmetiċi. Fil-portafol tiegħu nsibu Louis Vuitton, Christian Dor, Moet & Chandon u oħrajn. Għandu $15.8 niljun li jsejħilhom tiegħu.
- Larry Page jiġi fir-raba’ post fejn iservi fil-bord tal-aġenzija Google. Kien hu flimkien ma’ Sergey Brin li bdew il-google fl-1998. Jiswa madwar $105.4 biljun.
- Bill Gates li għandu 68 sena konna nisimgħu spiss dwaru fejn kien ikun iżjed ‘il fuq f’din il-klassifika imma Elon Musk kaxkru. Gates huwa bniedem ta’ influwenza kbira u għandu valur qawwi u saħħa ta’ flus.
- Kien miżżewweġ lil Susan Thompson … qed nirreferu għal Warren Buffet. Martu mietet fl-2004 u żżewweġ lil Astrid Menks. Għandu tliet itfal. Jinnegozja ħafna fis-swieq u l-iqsma u fl-2008, kien hu l-iżjed sinjur fid-dinja b’total ta’ $ 62 biljun.
- Steve Ballmer kien student ma’ Bill Gates fl-Università ta’ Harvard u sar CEO tal-Microsoft bejn l-2000 u l-2014. Interessanti kif beda ma’ din il-kumpanija fejn daħal bħala ħaddiem normali wara li waqaf mill-istudju tal-MBA fl-Università ta’ Stanford.
- Sergey Brin ukoll jagħmilha fil-lista, bla dubju li huwa dak li ħoloq ma’ oħrajn, Alphabet Inc. ; kumpanija ta’ investiment u wara ħoloq PageRank. Huwa wkoll benefattur ta’ diversi gruppi u anke għall-partit demokratiku fl-Amerka fejn ta donazzjoni ta’ $5000 lil Obama fil-kampanja elettorali tiegħu. Il-valur tiegħu fuq l-internet huwa ta’ $120.2 biljun.
- Bl-età ta’ 59 sena, Jeff Bezos huwa wkoll wieħed mis-sinjuri fid-dinja u jgħix ukoll fl-Istati Uniti fejn huwa l-fundatur u ċ-Chair Eżekuttiv ta’ Amazon. Huwa wkoll imdaħħal fil-Washington Post li huwa ġurnal popolari fl-Amerka.
- Bla dubju, l-iżjed wieħed li forsi huwa magħruf fost il-ġenerazzjoni ta’ issa, huwa Mark Zuckerberg li ħoloq il-famuż Facebook. Mur ġibna mingħajru llum e? Għandu 39 sena. Fuq l-internet għandu valur ta’ $122 biljun. X’hit dik e! Għandu biex jieħu tè.