Nies ipokriti … tafu minnhom?

 Nies ipokriti … tafu minnhom?

Nies ipokriti; jew ‘doppia faccia’ … issib ħafna minnhom imma ma tridx tħalliehom jinfluwenzawk. Sfortunatament, is-soċjetà jkun fiha minn kollox u għalkemm ngħidu li forsi ‘din issib ħafna f’Malta minnhom’, dawn issibhom kullimkien.

Issibhom fil-politika fejn quddiemek jgħidulek mod, u warajk jgħidu ieħor basta jintgħoġbu ma’ min iridu. Issibhom fil-ħbieb; li miegħek jgħidu kontra dawk, u ma’ dawk jgħidu kontrik (allura m’humhiex ħbieb veri). Issibhom fil-knisja, fl-għaqdiet u kullimkien.

L-ipokrita huwa meta bniedem jgħidlek mod u jagħmel ieħor. Jgħidlek ‘jien ma mmurx hemm’ per eżempju, u ssib li jkun imur hemm kuljum.

Id-doppia faccia (Żewġt uċuh) ikunu nies li mhux sinċieri. Jgħidu affarijiet mhux sbieħ fuqek u meta jiltaqgħu miegħek, kważi jaqgħalhom għalik. (taparsi)

Fil-ħajja nsibu kull xorta ta’ nies. L-importanti li ma nħalluhomx jaffettwawna wisq. Din tintrabat ukoll mal-benesseru tal-bniedem għaliex jekk tant tagħti kas u attenzjoni lil din il-faxxa, ħadd mhu se jbati ħlief int.

Allura min artiklu bħal dan, xorta noħorġu l-pożittiv; Agħżel ma’ min tkun u lil min tagħti valur!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com