Patata mqaxxra jew le?
Int kif tħobbha l-patata? Imqaxxra jew bil-pil?
Interessanti l-fatt li jekk inti se ssajjar patata maxx jew tagħmel insalata biha, tqaxxarha għaliex tiġi iżjed ħafifa.
Min-naħa l-oħra, il-qoxra tal-patata fiha l-ħadid, il-vitamini b u ċ u l-fibra u jekk issajjarha bil-qoxra b’kollox, tagħmillek palat mill-iżjed bnin.
Mhux hekk biss? Tafu li l-qoxra minnha nnifisha, fiha iżjed sustanzi mill-patata ġewwa.
Il-patata kienet l-ikla ta’ ħafna nies, speċjalment f’pajjiżi foqra. Mhux biss, tista’ tgħid li kienet l-ikla prinċipali ta’ kulħadd fi żmien il-medju evu u żminijiet tal-passat minħabba li kienet irħisa u faċli li ssib takkwistaha.
Storikament, Malta kienet tesporta l-patata u għadha tagħmel hekk sal-lum għalkemm l-esportazzjoni naqset ħafna ħafna. L-iżjed pajjiż li lejh nesportaw, hija l-Olanda, segwiti minn Franza u l-Ġermanja.