Pizez mingħand Binkies għal min ħaqqu

 Pizez mingħand Binkies għal min ħaqqu

Trevor minn Binkies tana pizez ‘għal min ħaqqu’ qalilna … u aħna qabel kesħu ddeċidejna li ntuhom lill-għeżież ħaddiema tar-Richmond Foundation.

Nafu li meta persuna tiġi bżonn, issib lil Richmond Foundation lesta tismagħhom.

“2024 fittxu l-għajnuna jekk ikollkom bżonna u kif dejjem ngħidu, ejja nieħdu ħsieb lil xulxin” … hekk kienet il-frażi li diwet fl-uffiċċju tagħhom u aħna nfakkruhom fiha.

Richmond Foundation toffri bosta servizzi impekabbli fosthom gruppi ta’ sapport b’rabta mas-saħħa mentali u anke għal dawk li jsofru minn ansjetà, għajnuna fuq il-post tax-xogħol, akkomodazzjoni 24/7 fejn titħeġġeġ l-indipendenza f’diversi lokalitajiet, programmi ta’ rijabilitazzjoni, servizzi psikoloġiċi, sapport id-dar, korsijiet favur is-saħħa mentali, u anke servizz residenzjali terapetweiku għat-tfal. Idħlu fuq https://www.richmond.org.mt/ għal aktar informazzjoni.

Grazzi għal Binkies, Danusan u Richmond foundation. Baqgħalna iżjed … komplu segwuna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com