Qassam iċ-ċikkulatini li baqgħalek!
Iebsa! Trid il-kuraġġ u r-rieda. ‘Sakemm tibda’, jgħidulek. Mela filli dawk il-festini kollha u ċelebrazzjonijiet ta’ ikel u ħlewwiet f’Diċembru u filli tinduna kemm tkun żidt fil-piż u tiġġennen.
Pass pass ejja, ibda billi eħles mill-ħelu li baqgħalek mix-xahar ta’ qabel. Ċikkulatini tista’ ttieħhom jew toħodhom f’xi laqgħa mal-ħbieb fejn taqsamhom magħhom. kejkijiet jew log cakes jistgħu jiġu ffriżati ħalli fl-istess ħin ma ssirx ħela.
Importanti li tibda timxi; imqar nofs siegħa imma l-konsistenza hija punt kruċjali. Jekk tibda taqbeż ġurnata l’hemm u l’hawn, tispiċċa terġa’ taqta. Ilbes sew u itlaq u tgergirx għax il-bard u r-riħ u x-xita. Bil-mixi se tisħon ukoll.
Ixorba ħafna ilma u żid il-ħxejjex u l-frott fid-dieta tiegħek.
Billi tiekol xi ħaġa żgħira tal-ħelu mhux dnub kolossali. Imma tesaġerax. Tiskanta kif tibda tara d-differenza. Ejja kuraġġ!
Għidulna x’qed tagħmlu għad-dieta!