Qatt dħaltu ġo ħanut u s-sid ikun bin-nervi?
Meta fid-dinja tal-lum, naraw kif lira nagħmluha tnejn, min ibiegħ jew dak li jrid jattira l-kummerċ, qisu huwa naturali li jkun ħelu mal-konsumatur biex jiġbdu lejh. Imma mhux dejjem ta! Issib minn kollox.
Issib sidien ta’ ħwienet li qishom qed jagħmlulek pjaċir. X’kull waħda wkoll. Tibda tgħid ‘dan/din raqad mikxuf qisu!’
Intom x’tagħmlu f’sitwazzjoni hekk? Ejja ngħidu li din tkun ġrat ta’ darba … għandek tgħaddihielu mal-oħrajn le? Għax wara kollox, kulħadd uman. Imma jekk tkun ta’ spiss, u jkun fin-natural tiegħu li jaħtfek anke jekk issaqsieh xi ħaġa, li wara kollox għandek dritt la se tixtri inti u tħallas bi flusek, xorta waħda tibqa’ tmur?
Hmmmm kieku naħseb li botta tiżloqilna fin fin jew inkella tiġbidlu l-attenzjoni. Imma jekk jaħtfek iżjed minn fuq? Kos hux, x’sitwazzjonijiet jeżistu?! Dawn huma mumenti li jiġru f’ħajjitna u li spiss nitkellmu fuqhom. Veru?!
Għidulna l-esperjenzi tagħkom.