Qatt smajtu bin-Narkotiċi Anonimi? (L-NA)
L-NA kif ħafna jafuha, twaqqfet fl-1953 u hija soċjetà ta’ nisa u rġiel li jsofru minn addiction. Ma għandha l-ebda kap u ma tarax differenzi bejn sessi, reliġjon, flus, x’għandek jew m’għandekx. Hija soċjeta li tgħinek timxi ‘l quddiem u b’kuraġġ ta’ xulxin, tirkurpra mill-marda tal-addiction.
Dak li jintqal f’laqgħa tal-NA jibqa’ hemm ġew. Fil-fatt dan huwa l-iktar punt kardinali ta’ din is-soċjetà. Teżisti fid-dinja kollha nkluż f’Malta u jsiru meetings fid-dinja, f’ kull ħin tal-ġurnata. F’Malta dawn isiru fil-Millenium chapel jew taħt il-Knisja tal-Kunċizzjoni fil-Ħamrun.
Hija miftuħa għal dawk l-addicts li jridu jibqgħu clean jew anke dawk li għadhom isofru minn din il-marda. L-Importanti huwa li int trid taħdem u li għandek ir-rieda li tieqaf tuża.
Ma hemm l-ebda miżata u ma tiġġudika lil ħadd. L-NA timxi fuq il-mudell tat-12 – il pass li huwa programm dinji u li jaħdem u li jgħinek tgħix ħajja aktar serena, li finalment, jgħinek ukoll fiċ-ċirkostanzi tal-jum, anke mhux dawk marbuta mal-addiction.
Spiss tisma’ mill-addicts, li dan huwa vantaġġ għaliex l-addict għandu fejn imur u jitkellem biex jgħin ruħu u lil xulxin, mingħajr ħlas f’ambjent san u li jkun mifhum.
Jekk għandek problema u tixtieq timxi u tinqala’ minn fejn qed, żur is-sit:
u ara meta jmiss meeting.
Dawn l-addicts li jibqgħu jattendu l-NA, jibqgħu clean. Jekk taqa’, terġa tqum. trid biss, kuraġġ, rieda u moħħ miftuħ.