Sa kemm taċċettaha ċajta?

 Sa kemm taċċettaha ċajta?

Hemm ċajt u hemm ċajt. Hemm min jieħu għalih fuq kull nitfa u hemm min ħallieh ħa jidħaq u jieħu gost.

Intom toħduha ċajta? Sa fejn taċċettaw ċajt? Jeżisti tip ta’ ċajt goff li kapaċi jkun esaġerat u li jwassal biex dak li jkun joħodha bi kbira bħal per eżempju jintbagħat xi messaġġ ikrah, tinħeba l-karozza tal-persuna u forsi tirreaġixxi b’paniku, xi qatgħa kbira u diversi oħra.

F’dan il-filmat jidher persuna tpoġġi serp enormi fis-sodda ma’ persuna li kienet rieqda. Ma nafx kemm kulħadd tgħoġbu din?

https://www.facebook.com/reel/1325117228077455

Jista’ jtik anke attakk tal-qalb le? Intom x’tagħmlu f’każ hekk? Tajjeb li naħsbu ftit qabel nagħmlu ċertu ċajt. Mhux kulħadd l-istess u ma tkunx taf minn xhiex għaddej jew ibati persuna. Għal kollox hemm limitu!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com