Tagħti kas il-paroli tal-kelliema f’xi kunċert?

 Tagħti kas il-paroli tal-kelliema f’xi kunċert?

Tradizzjoni antika u tedjanti mmens. Il-president tas-soċjetà jkun irid jgħaddi l-messaġġ tiegħu waqt kunċert u bħal donnu jkun qed jeċita ruħu jisma’ lilu nnifsu. Iħossu importanti.

In-nies fil-verità, ġew biex jisimgħu lill-president jew il-kunċert? Ġieli tispiċċa ssaqsi lilek innifsek, possibbli ma jindunawx li n-nies qed jiddejqu?

Ejja nkunu fair. Billi jgħaddi kelmtejn il-president ma hemm xejn ħażin anke biex jirringrazzja lill-beenfatturi li jkunu għenu biex jittella’ tali kunċert. Inkella darb’oħra ma jgħinux le?! Imma l-esaġerazzjoni fit-tul tal-paroli qatt ma tinżel tajjeb.

Konċiżi u għall-punt. Hekk id-daqqa llum u ħalli n-nies jisimgħu l-mużika!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com