Taqbel u tagħmel bħal sħabek biex tkun aċċettat/a?
Hmmm interessanti din. Tissejjaħ peer pressure. Dan jiġri meta tagħmel xi ħaġa, azzjoni jew oħra biex tħossok aċċettat u ta’ valur minn sħabek.
Il-peer pressure tista’ tkun kemm pożittiva u anke negattiva. Biex persuna jirnexxielha tidra tgħix ħajjitha, trid tipprova ssib bilanċ hawnhekk; bejn li tagħmel bħal sħabha biex tkun aċċettat fil-grupp jew inkella tagħżel li tieħu stand fejn jidhrilha li mhux sew dak li sħabha qed jagħmlu jew jgħidu.
Din toħloq ftit ansjetà u ħsibijiet. Tiġri spiss liż-żgħażagħ f’etajiet tal-adoloxxenza għaliex ikunu jridu jħossuhom li huma bħal sħabhom u li m’għandhom xejn inqas.
Fis-soċjetà tal-lum, sar hawn iżjed għarfien ta’ kif insibu bilanċ imma mhux bilfors kulħadd ikun xortieh tajba li jirnexxielu jsibu dan.
Huwa fi dmir is-soċjetà li titgħallem tinkoraġixxi lill-individiwi li jkunu kapaċi jagħżlu huma t-triq tagħhom u li mhux bilfors jagħmlu bħall-oħrajn.
Dan japplika wkoll għal deċiżjonijiet f’etajiet differenti. Għaliex għandek tkun għarus/a biex skont is-soċjetà, tissetilja? Mela persuna single ma tkunx issetiljata wkoll?
Sfortunatament jingħadd ħafna kliem jew aħjar frażijiet simili, li joħolqu pressjoni fuq l-individwi biex jagħmlu xi ħaġa li foris ma tgħoddx għalihom.
Ħudu ħsieb. Ħajjitkom tagħkom. Agħmlu li tħossu li huwa tajjeb għalikom għaliex meta tipprova tintgħoġob, meta tiġi tiegħek, xorta toħodha d-daqqa … mela għix ħajtek.