Tbatu minn apatija?
Xi tfisser din? Apatija huwa sinjal li jinkludi nuqqas ta’ interess jew ħeġġa fix-xogħol, mument, attività jew kwalunkwe ħaġa oħra li tirrikjedi attenzjoni. Jista’ jkun ukoll sempliċiment fit-tindif, taqbdek apatija li ma jkollokx aptit tnaddaf. Fil-veru sens tal-kelma: Ma jkollox aptit xejn.
Din tista’ tkun ġejja minn għajja li tkun akkumulat minn qabel jew inkella sinjal li wasalt biex tistrieħ ftit u sserraħ il-menti tiegħek.
Ma hemm xejn ħażin li kultant tħossok hekk. Biss, wieħed irid ikun attent li din ma tkunx konsistenti għaliex ikun qed jintwera sinjal akbar u li ħaqqu iżjed attenzjoni; dipressjoni.
Dan qed ngħiduh fil-kuntest li persuna jkollha apatija fuq bażi ta’ kuljum.
Ix-xogħol huwa s-salmura tal-ġisem, jgħid il-Malti imma l-bniedem ma jgħix bil-ħobż biss, irid ukoll il-mistrieħ. Hawnhekk jidħol il-bilanċ.
Jekk l-apatija tirbaħ, issir indifferenti; jiġifieri li tibda ma jkun jimpurtak minn xejn. Hawnhekk il-ħażin.
Qegħdin ngħixu jew neżistu? Sirna rridu nibilgħu d-dinja?