Tgħidu talba x’ħin tgħaddu minn ħdejn ċimiterju?

 Tgħidu talba x’ħin tgħaddu minn ħdejn ċimiterju?

Requiem aeternam dona eis Domine, et lux perpetua luceat eis. Hekk hija l-propja talba li bil-fomm, daret u ġiet tinstema: regma eterna eċċ, eċċ Din bħal putirjal li suppost porta reale jew stradarjali li suppost strada reale. Huwa normali li tiġri fil-lingwa mitkellma.

Imma kurżità … għadkom tgħiduha t-talba meta tgħaddu minn ħdejn ċimiterju? Jew hija xi ħaġa tal-antik jew li kienu jgħidu l-ġenituri u llum intesa kollox?

Kos hux, il-poplu tagħna minn dejjem kellu storja ta’ assoċjazzjoni kbira mar-reliġjon, għalkemm dan ma jfissirx li jgħix tajjeb dejjem. Imma mhux l-iskop ta’ dawn il-kelmtejn hawnhekk.

Nixtiequ nafu jekk għadkomx tgħiduha?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com