Tixtri minn fejn jaqbillek jew minn ħanut wieħed ħa teħles?
Jidher li donnu bħalissa għaddejja ‘battalja’ ta’ kompetizzjoni fil-prezzijiet bejn żewġ ditti kbar tas-supermarkets; LIDL u PAVI/PAMA.
Eżempju, Iċ-ċikkulata Kinder Bueno mingħand il-LIDL tiswa 0.85c filwaqt li minn ħwienet oħra tiswa 0.98c. Dawn kienu ftit kawti u ma semmewx l-isem tal-ħwienet l-oħra.
Min-naħa l-oħra, Coca Cola Pavi/Pama jiswa 0.75 filwaqt li mil-LIDL jiswa 0.79c. Jidher li bdiet kompetizzjoni qawwija u b’dan, igawdi l-poplu.
In-nies jaraw kif jiffrankaw? Jew ikunu fejn ikunu jaqbdu u jagħmlu xirja waħda ħa jeħilsu anke minħabba l-ġirja sfrenata ta’ kontra l-ħin?
Hemm min għadu kif kienu jagħmlu ommijietna; jixtru l-affarijiet tal-merċa mis-supermarket, saħansitra anke minn dawn il-ħwienet iż-żgħar fil-lokal. Imma mbagħad isibu ħin jixtru l-laħam mingħand tal-laħam, u l-ħaxix mingħand tal-ħaxix. Jixtru wkoll sapun tal-ħwejjeġ, tal-ħasil u tal-platti minn ħwienet apposta.
Imbagħad issib min jgħidlek “mela jien għandi ħin? trid ġurnata biex tinqeda b’dawn kollha li semmejtu u l-ħin ukoll jiswa l-flus!”
L-argumenti huma validi t-tnejn.
Intom x’tagħmlu? Tqabblu fejn jaqblilkom jew ma tagħtux kas?