Tpoġġi toilet paper fuq is-seat tat-toilet qabel tpoġġi?
Forsi tidħqu u forsi wkoll tgħidu dawn x’kull waħda joħorġu biha … imma ħafna minna nagħmluha u qisha taboo li nitkellmu fuqha.
Huma ħafna dawk in-nies li meta jużaw kamra tal-banju pubblika jitqażżuha xi ftit u ma ttieħomx tort għaliex min jaf kemm nies jużawha. Għalhekk, flok ipoġġu direttament fuq is-seat tat-toilet li jissejjaħ sedile, ipoġġu t-toilet paper strixxa strixxa biex ma jmissux mas-seat.
Iġenika l-ħaġa! U ssir. Imma hawn ukoll toilet paper seats li tuża u tarmi u ttaqqab in-nofs qabel tuża t-toilet innifsu. Imma ejja ngħiduha kif inhi, l-iżjed azzjoni faċli hija li tiksi s-seat bit-toilet paper u tpoġġi fuqu.
Qatt għamiltuha? Kunu onesti!