Tuża kliem baxx biex titkellem? Għaliex tagħmel hekk?
Il-kliem li ngħidu joħroġ ġieli waħdu. Imma iżjed minn hekk, joħroġ kif joħroġ minn fommna għaliex inkunu jew 1. drajna ngħiduh, jew 2. drajna nisimgħuh u ngħixu bih
Kif titkellem juri x’persuna int. Hawn min għal kull ħaġa jrid isemmi lil Alla jew lill-Madonna. Hawn min ukoll il-ħin kollu jrid isemmi l-partijiet privati tar-raġel jew tal-mara.
Hawn min ukoll se jgħidilna: U tindaħlux, ngħid li rrid.
Hekk hu wkoll. Ħadd mhu sid ħadd. Imma l-poplu Malti jħobb jitkellem baxx? Jew anke nazzjonijiet oħra jagħmlu hekk? U jekk jagħmlu hekk, aħna nimitawhom biex inkunu bħalhom jew għax hija fin-natura li l-bniedem jlissen kliem baxx biex jistrieħ, jiżvoga, jgħajjar, idaħħaq, jidher jew iħossu tajjeb …
It-Taljan jħobbu jsemmu l-kelma cazzo mitt darba għal kull raġuni. F’Malta, il-kelma żobb mhux nieqsa anqas. Imma meta smajnieha fuq it-televiżjoni lokali? Il-aħwa x’kien qam.
Allura juri li forsi dak il-kliem hemm min jarah baxx? Jew huwa naturali?
Diskutibbli u kontroversjali.