Tużawhom il-qwiel Maltin? Tafu xi wieħed?

 Tużawhom il-qwiel Maltin? Tafu xi wieħed?

Il-Malti kien minn dejjem ħabrieki u jaħdem ħafna bl-id fi żminijiet antiki. Imma kien għaref ukoll tant li ħoloq qwiel marbuta mal-ħajja ta’ kuljum li għadhom jgħoddu sal-lum.

Ħa ntukom xi eżempji bit-tifsira taħthom:

Agħder għax ma tafx fhiex tiġi

Għin u ifehm għax taf jiġrilek l-istess u jkollok il-bżonn inti

Agħlaq il-bieb qabel ma taħrab id-debba

Opportunità ħudha qabel titlifha u jkun tard wisq.

Agħmel il-ġid u nsieh, agħmel id-deni u ftakar fih

Jekk tagħmel il-ġid tkun moħħok mistrieħ, jekk tagħmel id-deni, għid li l-inwkiet se jiġri warajk

Agħtini xortija u itfgħani l-baħar

Jekk għandi isem tajjeb, tgħid x’tgħid xorta se nibqa’ nfuħ

Alla jaħfer u t-trab jgħatti

Jekk tiżbalja, Alla jaħfirlek u ż-żmien inessi.

Aħjar bl-aptit inkella bit-tabib

Titħanżirx bl-ikel għax kapaċi tiġik agħar u jkollok bżonn għajnuna medika

Kemm huma sbieħ. Xi ġmiel. Ħasra li jintilfu dawn. Tajjeb nitgħallmu nitkellmu sew u nużaw Malti mirqum li għadu jgħodd sal-lum.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com