Veru li skont il-liġi jistgħu jressqulek il-mutur?

 Veru li skont il-liġi jistgħu jressqulek il-mutur?

Ma hemm xejn fil-liġi li jgħid dan jew il-kontra. Hija prassi li forsi smajna li tista’ ssir. Imma mbagħad, jiddependi skont kif issir!

Jekk tressqu u jaqgħalek? Jekk toborxu? Inkwiet żejjed le?!

Il-punt dwar dan huwa li jrid ikun hemm rispett reċiproku. Is-sewwieq ta’ vettura jipparkja kif suppost iżda s-sid ta’ mutur, jipparkja fil-kaxxa rispettiva tiegħu. Bl-ammont ta’ karozzi jiżdiedu, in-nuqqas ta’ parkeġġ dejjem huwa ta’ problema kbira f’pajjiżna.

Issib kaxxi kbar tal-parkeġġ għall-vetturi u tara mutur żgħir ipparkjat li ma jħallilekx lok li tipparkja. Bla dubju, tinħaraq, għalkemm mutur njista’ jipparkkja fil-kaxxa tal-vettura. Imma ovvjament b’rispett.

Irridu nitgħallmu naħsbu iżjed f’xulxin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com