Xi kliem kontu tgħidu meta kontu żgħar? paqqa, bumbu…

 Xi kliem kontu tgħidu meta kontu żgħar? paqqa, bumbu…

Illum sar hawn enfasi kbira biex lit-tfal ngħallmuhom il-kliem it-tajjeb mill-ewwel u mhux kliem ieħor li forsi mingħalina jkun qed ifissed lit-tfal, għaliex jiġri, li flok ġid, jagħmel il-ħsara għaliex jindara hekk, jew it-tfal, ma jidrawx il-kliem kif suppost sew.

Kemm kliem kien jeżisti … mhux għax m’għadux ta. Ngħidu aħna paqqa għall-karozza, ċejċa għall-ħelu, xejxi għad-dwal.

“Ejja ħa ntik bumbu” – flok ejja ħa ntik tixrob

“Nagħmlu ninni” – flok norqdu

“Nagħmlu ċuffa” – flok ninħaslu

“għandha mimmi” – meta jkunu weġġgħu

“Agħmillu żiżi” – meta tfissed xi ħaġa, fil-każ tat-tfal, xi teddy bear.

“tata” – flok ċaw

Dawn ma jfissirx li huwa ħażin li jintużaw għax malajr insibu lil xi ħadd fostkom jisserdaq magħna u jġibna li qed nimmiraw għall-perfezzjoni. Żgur li le. Sempliċiment qed niktbu dwarhom biex 1. niftakru kif jinbidel iż-żmien u forsi nqajmu nostalġija għal dak li konna ngħidu aħna stess, 2 naraw kif anke l-ħsieb inbidel u llum saru jgħallmu l-kliem normali mill-ewwel.

Tataaaaaaaaaaaaaaa!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com