Xi skop hemm li t-tfal jitgħallmu jiktbu bil-magħqud?
Fino alla fine, mhux l-aqwa li jitgħallmu jiktbu tajjeb? Mitt bniedem, mitt fehma. Imma f’dan il-każ, hija parti mill-kurrikulu. Għaliex?
F’età żgħira t-tfal jkunu mgħallma kif jiktbu bil-magħuq u jeżistu anke kotba apposta adattati biex jgħallmuhom dan fejn bil-lapes jibdew jimxu fuq il-puntini sakemm jgħaqqdu l-ittra.
Ftit ilu fi grupp fuq facebook qamet din il-kwistjoni u ħsibna li nistaqsukom x’taħsbu?
Ikun hemm tfal li jbatu biex jiktbu bil-magħqud. Ikun hemm oħrajn li għalkemm jitgħallmu, jagħżlu li jiktbu bil-maħlul xorta waħda.
Aħna naħsbu li iżjed importanti minn hemm hija l-ortografija għaliex f’dik qed inbatu żgur!!!