X’inhuma l-benefiċċji tar-raqda ta’ wara nofsinhar?
Popolari ħafna magħna l-Maltin, speċjalment ta’ ċertu età. Imma ssib ħafna żgħar ukoll li tgħoġobhom din u jkunu mejtin għaliha.
Ir-raqda ta’ wara nofsinhar ġejja wkoll minn żmininjiet antiki fejn dari, in-nies kienu jbakkru ħafna kmieni biex l-ewwelnett, imorru jisimgħu l-quddies tal-ewwel li kienet tkun f’xi l-4 ta’ filgħodu, u wara kienu jerħulha lejn l-għelieqi.
Ovvjament sa nofsinhar kienu jkunu qishom diġà għamlu ġurnata ta ħidma normali għalina u jkunu diġà għajjenin.
Apparti hekk, din tinżel tajjeb ħafna wkoll fis-sajf minħabba s-sħana insapportabbli u x-xemx qawwija fil-gżejjer tagħna li ma ttikx l-enerġija li tħadem. Allura kienet tkun naturali li dak li jkun jieħu ngħasa ħelwa.
Hemm min jgħid, li raqda wara nofsinhar tgħinek tgħix iżjed fit-tul. hemm min jgħid ukoll, li jekk torqod wara nofsinhar, titlef in-ngħas filgħaxija u ma tkunx tista’ torqod. Min jaf x’inhu u x’mhux l-aħjar. Raqda qatt ma hi ħażina … imbagħad jekk tgħix iktar … Ħeqq … xi tgħid?