X’ma tistax tilbes bħala kostum fil-Karnival Malti?

 X’ma tistax tilbes bħala kostum fil-Karnival Malti?

Heh x’mistoqsija dik! Ħafna se jgħidulna, ‘nilbsu li rridu, tarax tikkmandawna intom.’ Le mhux il-każ li rridu nikkmandawkom. Biss, ħsieb … F’Malta tista’ tilbes li trid għall-karnival?

Tiftakru lura fl-2009 meta 9 persuni tressqu l-qorti talli libsu kostumi reliġjużi fil-Karnival. Dan wara li l-isqfijiet Maltin dak iż-żmien, wrew tħassib dwar l-imġieba ta’ ċerti individwi li libsu l-kostumi msemmija fil-karnival tan-Nadur f’Għawdex.

Kienet qamet polemika sħiħa. Din kienet u nistgħu ngħidu li xorta għadha tradizzjoni komuni ħafna f’dan il-karnival organizzat b’tant saħħa fil-gżira Għawdxija.

L-akkużati kellhom jiffaċċjaw akkużi skont is-sezzjoni 338 tal-kodiċi kriminali li tirristrinġi nies milli jilbsu ta’ qassisin jew ilbies ieħor reliġjuż marbut mal-Knisja Kattolika, kif ukoll vesti oħra navali jew uniformijiet militari mingħajr permess.

Imma dan jagħmel sens? Kif tista’ tikkontrolla jew tinduna b’kulħadd? U għandha tkun hekk? Mhux karnival? Fil-halloween mhux ukoll isir hekk?

Tgħidx kemm kienu qalgħu kummenti l-gazzetti li rrapurtaw dan dak iż-żmien. Imma llum tista’ tilbes li trid 15-il sena wara?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com