Xorta ħa tieklu ħelu f’San Valentinu din is-sena?
L-14 ta’ Frar huwa l-jum tal-maħbubin; San Valentinu. Tista’ tgħid li l-kalendarju ma jħallina qatt kwieti għaliex dejjem ġej xi ħaġa; daqqa festa u daqqa oħra. San Valentinu sar kummerċjali ħafna maż-żmien imma l-oriġini tiegħu kienet festa Kristjana li tonora lill-martri Valentinu li kien jippriedka s-sewwa f’Ruma. Is-sena li fiha ħa l-martirju kienet 269. Ilbieraħ!
Mal-mogħdija taż-żmien, din saret ġurnata fejn il-maħbubin juru kemm iħobbu lil xulxin; hemm min b’sempliċi warda … u alla ħares ma tixtrihiex għax ħoll xagħarek u ġib iż-żejt, u hemm min ikun iżjed pompuż u jorganizza xi sorpriża b’ikla grotteska u xi ċurkett ileqq, jekk mhux proponiment ukoll. Dakinhar isiru ħafna babies jgħidu wkoll.
Ikun hemm min ikun ilu jaħseb dwar dan il-jum u jipprepara u anke jara x’rigal se jagħti.
Imma lil hinn minn dan kollu, din is-sena l-14 ta’ Frar ser jaħbar Ras ir-Randan. Aħna pajjiż Kattoliku sew avolja ż-żminijiet inbidlu. Intom xorta ħa toħduha d-deżerta dakinhar? E bilħaqq, suppost anqas laħam ma jiswa ta.
Għidulna, għidulna.