Żaqqna barra, platti tal-ikel u xiri – x’titfa’ fuq il-midja soċjali?

 Żaqqna barra, platti tal-ikel u xiri – x’titfa’ fuq il-midja soċjali?

X’titfa’ fuq il-midja soċjali tiegħek? Toqgħod attent minn informazzjoni personali?

Jiġir spiss li tant drajna nitfgħu u nuru l-aqwa ħajja li ninsew x’konsegwenzi jista’ jkun hemm.

  1. Kemm nitfgħu ritratti li ħa nsiefru u d-dar tkun waħedha? Qed tistieden li min għandu intenzjoni ħażina u tgħidlu li d-dar hija vojta u komda għalih.
  2. Żaqqna barra. Din diskutibbli. Jgħidulek la għandi x’nuri, ħallieni ħa nuri, tindaħalx. Din toħloq effetti psikoloġiċi fuq dawk li m’għandhomx l-istess figura għaliex iħossuhom li ma jistgħu qatt jitfgħu bħalek. għal darb’oħra, hemm min jgħidlek ‘x’jimpurtani, affarieh/a’.
  3. Xi xtrajt. hemm għalfejn turi li xtrajt kċina ġdida? U jekk għandek tħallas xi ħaġa oħra li waqajt lura minnha, x’messaġġ qed tagħti?
  4. Ma’ min tkun. Ma’ min rajtek xebbaħtek. Ovvjament dawn qed nifhmu li qed toħduhom f’sitwazzjonijiet ġeneriċi. Huwa sabiħ li titfa’ mal-familja imma hemm nies li forsi m’humhiex ta’ mġieba tajba u dawn se jaffettwaw ir-reputazzjoni tiegħek.
  5. Uċuh tat-trabi. Għaliex għandek turi wiċċ uliedek li qas forsi biss għadhom jitkellmu lill-pubbliku? Min jaf x’għad tgħidlek la tikber it-tarbija: ‘hemm xi tfajt kont ma?’
  6. Karozzi. Mingħajr ma naħsbu, ġieli jintefgħu karozzi jew biex nuru x’għandna jew biex ninku. U n-number plate jidher. tagħtix lok u informazzjoni żejda fejn m’hemmx bżonnha.

Bħal f’kollox, nistgħu ma naqblux fuq dak li qed ngħidu hawn. Il-ħsieb tagħna huwa biss biex noqgħod iżjed attenti xi informazzjoni rridu nitfgħu hemm barra u xi rridu li jibqa’ privat.

Ftakru, li la darba tfajtu, tiġi informazzjoni pubblika u ħaddieħor jista’ jużaha kif irid!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com