5 punti li trid taħseb dwarhom jekk se ġġib pappagall id-dar
Il-pappagalli huma sbieħ. M’humhiex kollha denji li jgħixu ġo gaġġa d-dar. hemm dawk domestiċi li jitwieldu u jkunu morbbija mill-ewwel f’dar.
Imma huwa importanti l-ħsieb. Bħalma għandek taħseb qabel iġġib kelb id-dar, hekk għandek tagħmel ukoll meta taħseb li se ġġib pappagall.
- Jgħixu għal snin twal. Hemm minnhom li jgħixu anke sa 80 sena. Ipprepara dan il-ħsieb.
- jgħajtu xi ftit.
- iridu kumpanija. Mhux titfgħu f’gaġġa u tinsieh. Saħansitra anke joħroġ ftit mill-gaġġa.
- kapaċi jigdmu.
- trid tnadfilhom bħal kull pet ieħor.
Tajjeb li dawn iżżommuhom f’moħħkom qabel iġġibu pappagall id-dar. Huwa ħlejqa ħajja u li jeħtieġ attenzjoni.
Iġġibux u tabbandunah, għax iħossu, u jagħmlu f’qalbhom. Irid ikollok il-gazz biex tabbandunah.