Aċċetta le mingħand xi ħadd, tibqax tippressa.
Le hija le. F’kull kuntest; sew jekk biex forsi toħroġ ma’ xi ħadd, jew forsi biex jiġi attività miegħek jew forsi biex jagħmel xi ħaġa li tkun tixtieq … il-le hija purament le.
Din hija wkoll forma ta’ peer pressure; pressjoni fuq l-individwu jew fuq grupp anke jekk dawn ikunu qalulek le.
Hija parti mill-kultura tagħna li nippruvaw nikkonvinċu lil xi ħadd, speċjalment fil-politika imma mhux biss. In-nies għandhom ħajjithom. Kulħadd huwa liberu li jagħmel hu.
Issa jekk tarah ikrah persuna għax qallek le bl-edukazzjoni kollha, dik problema tiegħek.
Tgħallem aċċetta l-le.