Aħna lesti għall-kritika fil-pubbliku? Programmi televiżivi joħolqu suġġett diskutibbli

 Aħna lesti għall-kritika fil-pubbliku? Programmi televiżivi joħolqu suġġett diskutibbli

Spiss sirna naraw programmi televiżivi fejn il-ġurija tkun qed tikkritika lill-artist quddiemha. Jekk kantant, żeffien jew kok jew persuni oħra skont il-programm xi jkun.

Dawn it-tip ta’ programmi konna ilna narawhom barra. Issa saru jittellgħu anke f’pajjiżna. Imma r-reazzjoni tal-pubbliku tkun imħallta sew.

Ikun hemm min jaqbel kif il-ġurija tkun qed twassal il-ħsieb tagħha għaliex jgħidulek li l-persuna hi min hi, jew hu min hu, hekk jitgħallmu u javvanzaw.

Hemm dawk li ma jiħdux gost bil-kritika li titwassal u saħansitra jagħtu titli lill-ġurija bħal ‘bodbod’ u ‘muntun’.

Allura kif meta narawhom barra jgħoġbuna jew ma nikkummentaw xejn? Tgħid aħna poplu li niddejqu nkunu kkritikati?

Jew taqblu li hemmm mod u mod ta’ kif twassal il-kritika kostruttiva?

Taħsbu li dawn il-kummenti jkollhom effett fuq is-saħħa mentali u l-ħsieb tal-persuna li tkun qed tirċeviehom?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com