Anke f’San Valentinu hawn min hu waħdu – mhux fil-Milied biss

 Anke f’San Valentinu hawn min hu waħdu – mhux fil-Milied biss

Kultant tant nintilfu mal-kurrent li ninsew faxex ta’ nies fis-soċjetà li jkollhom atmosferi u ambjenti differenti minn tagħna. Qed nirreferu għas-solitudni li donnu nagħtu kasha meta taffettwa lilna dirett biss jew insemmuha għaliex spiss tissemma tant li saret clichè.

Bħall-Milied, hemm festi oħra li jġiegħelu lin-nies iħossuhom waħedhom fosthom dik tal-lum, San Valentinu.

Il-ferħ, l-entużjażmu ta’ ħafna, jaf ikun l-uġiegħ ta’ oħrajn. Ir-ritratti mal-maħbubin, ir-rigali, l-ikliet u l-għors ta’ wħud, jaf iweġġa’ lill-oħrajn. Mhux b’sens ta’ għira imma bil-mistoqsija: “Għaliex jien ma nistax inkun maħbub u ferħan hekk? Meta se nsib lil dak jew dik li magħhom naqsam ħajti?”

Ir-realtajiet fil-ħajja huma kollha differenti imma veru eżistenti.

J’Alla illum u dejjem, kulħadd iħossu maħbub u ma jkun qatt waħdu. Nawgurawlkom l-aqwa mħabba ġenwina għal dejjem.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com