Aqra: 6 raġunijiet għaliex l-ikel gluten free huwa għoli
Dieta gluten free huwa l-uniku trattament biex tneħħi jew tnaqqas din il-kundizzjoni. Il-gluten huwa misjub fi prodotti tal-qamħ u x-xgħir. Meta tkun fuq dieta gluten free tista’ tiekol laħmijiet, ħut, frott u ħaxix, ross u anke patata. Tista’ wkoll issib ikel simili għal dak li jkun ipproduċut mill-qamħ u x-xgħir imma ovvjament, mingħajrhom.
Dawn ikunu jiswew iżjed flus mill-prodotti normali u dawn huma xi raġunijiet għaliex:
- Inqas domanda għalihom. Bla dubju, mhux il-maġġoranza li tixtriehom prodotti gluten free allura trid issir manifattura tagħhom. Min joħloq il-prodott mhux se jbiegħu daqs prodotti oħra.
- Iridu jsiru f’faċilitajiet apposta. Biex isir prodott hekk, ikun hemm għodod apposta għalihom allura, makkinarju apposta. Allura, bla dubju, iżjed flus joħorġu mill-bwiet ta’ min qed ilestilek dak li tixtieq.
- Ingredjenti għola. Il-qamħ huwa rħis u tajjeb għat-tisjir. Prodott gluten free irid taħlitqa ta’ qmuħ apposta, dqiq u starches li jtuk almenu togħma viċin il-prodott li kieku tieħu jekk m’intix gluten free.
- Ħajja iqsar tal-prodott fuq l-ixkaffa. Prodotti gluten free ma jdumux ħafna biex jiskadu. Dan ifisser iżjed ħela. Iridu preservazzjoni aħjar minn prodotti normali.
- Attenzjoni akbar fir-ristoranti. L-istaff irid ikun ittrenjat għal każijiet li jinqalgħu f’ristoranti meta prodott mhux gluten free jittiekel jew jitpoġġa fil-platt li mhux suppost. Dan ifisser ukoll li fir-ristorant irid ikun hemm post apposta fejn ikun hemm dawn it-tip ta’ prodotti biex ma jitħalltux mal-oħrajn.
- Għax jafu wkoll li int bżonnu. Min joħloq il-prodott jaf li hemm nies li jridu bilfors minnu biex iħossuhom normali allura, dan il-fatt psikoloġiku jinfluwenza l-ħsieb tal-manifattura, u għalhekk jgħollieh. Jew tixtrieh inkella tibqa’ bil-ġuħ.
Issib nies li ġaladarba jtulu ftit fuq dieta gluten free, jerġgħu jiġu għan-normal. Imma attenti. Ħudu pariri professjonali dejjem.