Araw xi ġmiel ta’ librerija għamlu f’Għajnsielem

 Araw xi ġmiel ta’ librerija għamlu f’Għajnsielem

Il-Kunsill Lokali ta’ Għajnsielem tella’ ritratti tal-ġmiel ta’ librerija u ċentru edukattiv b’rabta mal-baħar li għamlu.

Dawn ser ikunu miftuħin għall-pubbliku f’Marzu li ġej. L-ambjent li ħolqu huwa wieħed tassew uniku fejn saħansitra l-pubbliku li jżur dan il-post, ser jara diversi biċċiet tal-baħar tradizzjonali li forsi bil-mod il-mod qed narawhom jonqsu jew ikunu mibdula minn bċejjeċ moderni.

Anke l-cushions infushom huma f’forom ta’ ħut differenti. Tassew innovattivi. Din bla dubju se tkun esperjenza interattiva għat-tfal ukoll li bla dubju tinkoraġġiehom javviċinaw dan il-post ta’ edukazzjoni.

kemm hu sabiħ li napprezzaw ħidmet il-kunsilli lokali li għalkemm forsi nsemmuhom biss meta niġu bżonnhom, jagħmel ħafna xogħol utli u li forsi ma ninnutawx spiss.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com