Baqa’ 4 xhur għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli u L-Parlament Ewropew … Se tivvota jew?
Il-Maltin iħobbuhom l-elezzjonijiet. Iħobbuh dak il-hype li jqum u l-batibekki fuq il-midja soċjali u t-televiżjoni li għadu mfittex sew mill-pubbliku f’pajjiżna.
L-hena tagħhom jaraw min qed fuq quddiem, min qed ikun imfaħħar jew imwaqqa’ għaċ-ċajt għax m’għamel xejn u qagħad gallarija.
Imma jkun hemm min ukoll jistmerrhom dawn iż-żminijiet u dlonk ilissen ‘erġajna.’
Ftit tas-snin ilu, Malta kienet tgħaddi minn elezzjonijiet ta’ kull sena fejn kien ikun hemm gruppi ta’ kunsilli Lokali li jkollhom elezzjoni kull sena sakemm isiru kollha u hekk kif isiru, dawk li jkunu saru l-ewwel ikunu waslu għal oħra. Din spiċċat għaliex il-kunsilli lokali sar ikollhom elezzjoni kollha flimkien fl-istess ġurnata li twaħħdet ma’ dik tal-parlament ewropew. Jerġa’, dawn l-elezzjonijiet qed isiru fl-Ewropa kollha fl-istess data jew f’waħda viċin.
Dan inaqqas stress u skariġġ għall-pubbliku b’mod inġenerali filwaqt ukoll li jintefqu inqas riżorsi.
Imma, il-kunsill lokali tiegħek ħadem biżżejjed? Se jirbaħ il-fiduċja tiegħek din is-sena? Jew mhux se tivvota? Iktbulna hawn taħt.