Bħal-lum bdiet l-istorja tal-George Cross ma’ pajjiżna… Tafu min iffirma?
Kien is-7 ta’ Frar tal-1947 meta fil-Palazz tal-Belt Valletta, saret ċerimonja li matulha ġiet insinwata l-ittra tar-Re Ġorġ VI li biha kien ta l-George Cross lil Malta.
Il-kuntratt, quddiem in-Nutar tal-Gvern, ġie ffirmat mill-Gvernatur ta’ dak iż-żmien Sir Francis Douglas u mill-Prim Imħallef u President tal-Qorti tal-Appell, Ġorġ Borg għall-poplu Malti.
Bħala xhieda kien hemm l-Arċisqof Mikiel Gonzi u l-Logutenent Gvernatur Sir David Campbell.
L-għan kien li dan id-dokument importanti jibqa’ jiġi mħares għall-ġejjieni.