Bħal-lum indaqq l-innu Malti l-ewwel darba – aqra dwar kontroversja marbuta miegħu

 Bħal-lum indaqq l-innu Malti l-ewwel darba – aqra dwar kontroversja marbuta miegħu

Bħal-lum 3 ta’ Frar tas-sena 1923, kien indaqq għall-ewwel darba l-Innu Malti, li huwa l-innu nazzjonali ta’ Malta. Dan l-innu huwa kompożizzjoni tas-Surmast Robert Sammut u l-kliem inkiteb mill-poeta nazzjonali Dun Karm Psaila.

L-innu Malti huwa f’forma ta’ talba. Mas-snin anke riċentament, kienet inħolqot kontroversja għall-kliem ‘agħti dehen lil min jaħkimha’ għaliex uħud mill-pubbliku kienu qalu li dan juri żmien kolonjali. Madanakollu, dan l-argument kien ġie ribattut li jekk dan il-vers jittieħed minn kuntest simboliku, min imexxi l-pajjiż huwa l-‘ħakkiem’ għalkemm ovvjament, mhux ditattur u mhux kolonjali iżda magħżul demokratikament.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com