Biex tkun pulizija f’Malta trid tkun ċittadin Malti

Nitkellmu spiss fuq il-barranin li jaħdmu f’pajjiżna. Fil-qasam tat-turiżmu, fl-isptarijiet u f’ bosta mkejjen oħra.
Imma kontu tafu li biex tidħol fil-korp tal-pulizija trid tkun bilfors ċittadin Malti?
Xogħol il-pulizija huwa enormi u jidħlu f’diversi oqsma fil-ħajja ta’ kuljum. Ikunu tal-ewwel għajnuna, iżommu l-paċi pubblika, jgħinu fil-bżonn u mitt elf ħaġa oħra.
Biex tapplika trid ikollok l-età bejn it-18 u d-39 sena. M’huwhiex minnu li hemm restrizzjonijiet fuq it-tul.
Ikollok ukoll issegwi test t’effiċjenza fiżika li tinkludi; ġiri, push ups u sit ups.
Aktar informazzjoni ssibuha hawn: https://pulizija.gov.mt/en/police-force/police-vacancies/Documents/Guide To Joining The Malta Police (1).pdf