Dan ir-Randan minn dawn sum mhux mill-ħelu …. aqra

 Dan ir-Randan minn dawn sum mhux mill-ħelu …. aqra

Huwa tajjeb li nsumu minn dak imsemmi b’mod tradizzjonali u skont ir-reliġjon Kattolika, imma kemm hu aħjar li nkunu veru nsara f’ħajjitna u nkunu ta’ ħniena mal-proxxmu tagħna.

Huwa tajjeb li:

  • li nsumu minn kliem li jweġġa’ u ngħidu kliem sabiħ lil xulxin
  • li nsumu mid-dwejjaq u nkunu grati f’ħajjitna
  • li nsumu mir-rabja u nkunu iżjed paċenzjużi
  • li nsumu mill-ħsibijiet u nafdaw f’Alla
  • li nsumu mit-tgergir u nippruva nkunu sempliċi
  • li nsumu mill-istress u nitolbu għall-paċi
  • li nsumu mill-għira u nkunu ferħanin
  • li nsumu mill-egoiżmu u nkunu kompassjonanti ma’ xulxin
  • li nsumu mill-kliemi u ngħixu iżjed is-silenzju

Int kif se ssum din is-sena? Aħseb ġo qalbek m’aħnhiex nitolbuk tgħidilna.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com