Dgħajsa f’Għawdex laqtet mina u għerqet

 Dgħajsa f’Għawdex laqtet mina u għerqet

Bħal-lum 27 ta’ Frar tal-1941, dgħajsa ta’ Għawdex wara nofsinhar laqtet mine tat-Tieni Gwerra Dinjija u għerqet.

Mill-ekwipaġġ ta’ 11 li kellha fuqha, sitta kienu nġabu Malta u wieħed minnhom kien indarab serjament.

Tnejn oħrajn kienu nieqsa u kien hemm rapporti li l-oħrajn setgħu ttellgħu u ttieħdu Għawdex.

F’dan il-perjodu u anke dak riċenti tal-gwerra l-kbira, il-mini fil-baħar kienu komuni. Anke riċenti kienu għadhom isibu minnhom u baqgħu jieħdu l-prekawzzjonijiet kollha f’każ li dawn ikunu għadhom attivati, allavolja jkunu għaddew is-snin minn fuqhom.

Apparti fil-baħar, ġieli jinstabu wkoll meta jitwaqqa’ xi bini u titħaffer l-art, saħansitra fi mkejjen fejn ikun hemm ħafna nies.

Kos hux xi storja.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com