Din is-sena ġej sajf bi sħana tad-dimonji?

 Din is-sena ġej sajf bi sħana tad-dimonji?

Id-dinja tista’ terġa’ tesperjenza sajf b’temperaturi rekord din is-sena 2024. Dan hekk kif it-temperaturi qed ikomplu jimxu fuq il-passi tas-sena l-oħra u dejjem qed ikunu għola minn qatt qabel.

Għalkemm ġieli kien hemm żminijiet sħan fl-istorja u li forsi ninsew, qatt daqs issa ma kellna tul fis-sħana bħal ma sirna nesperjenzaw.

Għadna fix-xitwa imma dan ukoll huwa ħjiel li s-sjaf jaf ikun wieħed qawwi. Din ix-xitwa wieħed jista’ jgħid li ma kinitx b’saħħitha bħal xtiewi oħra.

L-uffiċċju meterjoloġiku ta’ L-Ingilterra wkoll diġà qed ibassar li s-sajf se jkun sħun iżjed mis-soltu.

Jekk sempliċi tagħmlu search fuq google fuq dan is-suġġett, tindunaw kemm hawn kuxjenza fuq it-tisħin tad-dinja.

Imma qed isir biżżejjed biex nieħdu ħsieb dan?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com