Fatti veri u li ma tantx jissemmew dwar it-Titanic
It-traġedja tat-Titanic tmur lura għall-15 t’April tal-1912. Traġedja li kienet ta’ barra minn hawn anke fiż-żmien li saret. Kien imlaqqam li qas Alla ma jista’ għalih, u kellu jgħereq.
Rajna bosta verżjonijiet ta’ films dwaru, fosthom wieħed li nħadem hawn Malta u dak bl-atturi prinċipali jkunu Kate Winslet u Leanoardo di Caprio li kien hit kbira meta ħareġ.
Imma kemm nafu kollox dwar it-Titanic u t-traġedja li seħħet?
- It-titanic kellu żbalji kbar fil-ħadma tiegħu. Mhux biss dwar kif l-ilma jidħol minn kompartiment għall-ieħor f’każ ta’ emerġenza, li fil-fatt seħħet, imma wkoll qsim fl-istruttura li ġiet ikkawżata minn temperaturi friżati u l-veloċità li kellu fil-kuntest taż-żmien li nbena. Jidher li dwar dan, ma kienx hemm ħsieb tajjeb.
- l-ewwel film fuq it-titanic ħareġ biss xahar wara li seħħet it-traġedja. Fil-fatt, ħareġ f’Mejju tal-1912 bl-attriċi prinċipali Dorothy Gibson li salvat hi stess fir-realtà mill-għarqa. (kellha l-kuraġġ biex tieħu sehem fih) Libset saħansitra l-istess ħwejjeġ li kienet fuq il-vapur bihom. Kull riklam li kien hemm ipprintjat ta’ dan il-film, inħarqu f’nar li seħħ fl-1914.
- l-aħħar persuna li salvat mill-għarqa mietet fl-2009. Millvina Dean kienet l-iżgħar passiġġiera li salvat meta fit-traġedja kellha biss xaharejn. Hija mietet fl-età ta’ 97 sena. Salvat permezz ta’ dgħajsa tas-salvataġġ. Interessanti li d-direttur tal-film Titanic James Cameron flimkien mal-atturi Kate Winslet u Leanordo di Caprio ħallsulha l-għajnuna fid-dar qabel sakemm mietet. Lilian Asplund kellha 5 snin fit-traġedja u wkoll salvat. Mietet fl-età ta’ 99 sena.
- Il-fdalijiet tat-Titanic instabu fl-1985. Madanakollu, batterja (bacteria) korrużiva qed teqred bil-mod il-mod dak li baqa’ minn dan il-vapur.
- Fit-Tieni Gwerra Dinjija in-Nazisti pruvaw jumiljaw lill-Ingliżi billi ħolqu film bl-isem ta’ The Nazi Titanic. Joseph Goebbels li kien magħruf għal kemm kien krudili, kien għamel dan il-proġett realtà. Kien l-iktar film li sewa flus f’dan iż-żmien u penġa lill-Ingliżi bħala kapitalisti u xħaħ. Il-vapur li nħoloq biex isir il-film, spiċċa għereq hu stess wara li qala xebgħa bomba lejn l-aħħar tal-gwerra.
Jidher li kull ħaġa li tmiss mal-istorja tat-titanic iġġib saħta. Saħansitra ftit snin ilu, propju fl-2021 bl-excursion li saret b’Titan; submarine żgħir li niżżel turisti li ħallsu balla flus u ma telgħux lura.