Fejn suppost ikun is-side plate? U manjieri oħra tal-mejda

 Fejn suppost ikun is-side plate? U manjieri oħra tal-mejda

Il-famuż platt żgħir li ngħidulu ‘side plate’ għandu jkun fuq in-naħa tax-xellug tiegħek u tal-platt prinċipali. Mhux biss, imma fuq il-frieket mhux eżatt maġenb il-platt. Suppost ikollu wkoll sikkina żgħira tal-butir bil-ponta tħares lejn ix-xellug ukoll.

Ħafna minn dawn il-modi ta’ kif mejda tkun ippreżentata donnhom qed jinqatgu jew jinbidlu. Tissejjaħ l-etika jew manjieri tal-mejda. Mhux biss kif iġġib ruħek inti, imma wkoll kif mejda tkun ippreżentata.

L-ikel, illum iżjed minn qatt qabel, sirna ngħarfuh bħala arti. Allura għaliex qed innaqsu l-entużjażmu minn kif suppost mejda tintrama? Forsi għax ħafna risotranti saru ‘ejja ħa jfittxu jieklu, jitilqu u jiġu oħrajn?’

It-tazzi wkoll għandhom id-daqs u l-użu tagħhom. Jiġri spiss li jħallulek tazzi tal-inbid li fihom iferrgħulek l-ilma. Ma tmurx.

Oħra; għad-deżerta għandu jkollok kemm kuċċarina u anke furketta żgħira u dawn jitpoġġew iħarsu kontra xulxin.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com