Festi pubbliċi sar hawn min jistenniehom biex isir mandra?
Kif sirna narawha okkażjoni ta’ festa llum il-ġurnata? Bla dubju, il-familji jgħidu ‘ejja għada t-tfal mhux skola u aħna mhux xogħol” … allura dan ifisser li ma hemmx ġenn ta’ kollox bil-ħin, preparazzjoni għal-lunch tat-tfal, twassil u ġiri bil-karozza, mużewijiet, privatijiet … mistrieħ.
Imma ż-żgħażagħ? Illejl ta’ qabel tkun okkażjoni ta’ tbaħrit? Xorb u forsi iżjed?
Meta festa/i jiġu b’long weekend magħhom, ħafna jerħulha lejn Għawdex jew ifittxu xi safra barra minn xtutna.
Hemm dawk li jinġabru d-dar u jistiednu xi ħbieb.
Hemm imma iva, faxxa ta’ nies li llejl ta’ qabel jerħulha għax-xalar biex iħossu li gawdew il-festa bl-aqwa mod possibbli u għax hekk titlob it-trend. L-għada jkunu jistgħu jibqgħu reqdin.
Ma’ dawn ikun hemm xi konsegwenzi. MHUX DEJJEM. Imma ħafna xorb u forsi anke użu tad-droga kapaċi jneħħulek il-pjaċiri kollha u anke jkollok tpatti qares għalihom.
Il-messaġġ tagħna huwa biex tiddevertu bil-qies u bil-ħsieb. Ejjew inkunu responsabbli.