F’Malta għandu jkollna kmamar tat-twerżieq u l-għajjat?

Jgħidulhom rage rooms. Anke smash rooms; ikunu kmamar fejn in-nies jistgħu jidħlu u jiżvugaw fl-għajjat jew fit-tkissir ta’ xi oġġett. Saħansitra hemm kumpaniji li joffruhom fil-faċilità tagħhom stess fejn jaħdmu l-ħaddiema.
Hija kunċett li jidher li qed isir popolari u jekk qabel konna nidħku bl-idea, donnha dieħla sew.
F’Malta, speċjalment fis-sajf, spiss naraw xi saħna bejn xi tnejn fit-toroq … insomma mhux fit-toroq biss.
Tgħid wasalna biex ikollna xi kamra minn dawn?