Għadhom isiru parties tal-praċett bħal qabel?

 Għadhom isiru parties tal-praċett bħal qabel?

Il-praċett jew l-ewwel tqarbina hija festa tat-tfal fejn is-sinifikat tagħha huwa li jirċievu l-ewwel darba lil Ġesù f’ ħdanhom. Hekk tgħid il-Knisja Kattolika.

Imma hija wkoll festa fejn dari kienu jtuha l-enerġija kollha biex jiċċelebraw dan il-mument bl-aqwa mod possibbli. Spiss kienet tkun diskussa l-grandjożità u l-pompa li biha kienu jkunu ċċelebrati dawn il-mumenti.

Bl-aqwa ilbies u party żul min-nofs ħalli ‘nuruha lill-ġara li aħna aqwa minnhom’. Diżgwit ġieli nħoloq ukoll. Imma sabiħ kien ikun fihom ukoll. Dik kienet il-climax tal-familja meta t-tfal kienu jkunu għadhom żgħar.

Il-party/festin kien ikun qisu tieġ. Sa kejk tal-ġelu bil-forom tas-sugar paste, souvenirs, xi maġician, dj u sala, ikel u mitt elf ħaġa oħra. Kien jiġi jiswa l-flus.

Fid-dinja tal-lum, kif qed isiru dawn il-festini? Għadna lesti nonfqu dawn il-flejjes kollha?

Għandu jkun hemm gwida biex jingħata iżjed sinifikat tal-okkażjoni jew għax aħna liberi, kulħadd jagħmel kemm jiflaħ?

Sirna naraw ħafna li ċ-ċelebrazzjoni tieqaf man-nukleu tal-familja permezz ta’ xi ikla.

Għandkom xi memorji fuq dan is-suġġett? X’tgħidulna dwaru?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com