Għaliex l-avukati jużaw ħafna kliem Taljan fid-diskors tagħhom?
L-użu tal-Latin hija tradizzjoni li għaddiet minn ġenerazzjoni għall-oħra u hija diffiċli teliminaha. Is-sistema moderna legali llum, hija dik dixxendenti mill-Ewropa li kienet influwenzata bil-kbir mill-qrati fl-antika Ruma fejn il-Latin kien jiddomina.
lokalment, it-Taljan ukoll kien hawn żmien fejn kien meqjus ta’ klassi għolja fejn min kien ta’ skola, kien juża xi kelma l’hinn u l’hawn bit-Taljan biex juri status.
Kien hawn ukoll perjodu tal-kwistjoni tal-lingwa fejn dawk li kienu jissimpatizzaw mal-Ingliżi, kienu jużaw l-Ingliż, u dawk favur it-Taljan kienu jitkellmu bit-Taljan. Hawn kien żmien li l-lingwa Maltija kienet titqies tal-Kċina.
Id-dandin bit-Taljan malajr waqaf ħesrem kien, meta qlajna l-ewwel bombi mingħand it-Taljani fit-Tieni Gwerra Dinjija.