Għaliex tingħata l-warda f’San Valentinu? Xi jfissru l-kuluri fil-ward?

 Għaliex tingħata l-warda f’San Valentinu? Xi jfissru l-kuluri fil-ward?

Il-konnessjoni tal-ward f’jum San Valentinu tmur lura għas-sekla 19 meta l-Vittorjani kienu jużaw bukkett fjuri biex iwasslu messaġġ ta’ mħabba.

F’din l-era kienu jemmnu li d-dmugħ ta’ Afrodite tħallat mad-demm u waqa’ fuq siġra tal-ward u saru ħomor ; il-kulur li jissimbolizza l-imħabba u l-passjoni.

Imma xi jfissru l-kuluri tal-ward li jingħataw f’dan il-jum:

Warda waħda tfisser love at first sight – imħabba li nibtet mal-ewwel laqgħa.

Warda roża – Jien napprezzak

Warda roża jgħajjat – kemm jien grat li għandi lilek f’ħajti

Warda vjola – dejjem kont naf li int il-persuna għalija

Warda blu – int speċjali u uniku/a

Warda oranġjo – qed insir inħobbok

Warda sewda – għal iżjed dibattiti flimkien

Interessanti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com